Società Filarmonica La Vittoria

Marċ ta' filgħodu mill-Banda La Vittoria

Fid-9.45a.m.: Quddiem il-Każin, il-Banda La Vittoria tfakkar dan il-Jum Glorjuż tagħha bid-daqq ta’ l-Innu La Vittoria bit-tlugħ tal-Bandiera li tfakkar din il-Ġrajja, mill-President tas-Soċjetà. Wara jibda l-popolari Marċ brijuż ta’ filgħodu mill-Pjazza tal-Parroċċa, Triq San Pawl, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Dar tal-Anzjani Madonna tal-Mellieħa, Triq Qasam Barrani, Triq Vincenzo Ciappara, Triq il-Qamħ, Triq N. Caruana Dingli, Triq il-Muna, Triq Santa Marija, Triq il-Mitħna l-Qadima, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq il-Parroċċa sal-Pjazza fejn dan il-Marċ Tradizzjonali jintemm quddiem il-każin fost il-briju tal-Partitarji Vittorjani.

<< Erġa Lura