Società Filarmonica La Vittoria

Attivita' mit-Tfal għat-Tfal

Nhar l-Erbgħa 26 t'Awwissu, ġiet organizzata attivita' mit-Tfal għat-Tfal fuq il-planċier tal-La Vittoria bis-sehem ta' kantanti u żeffiena żgħar, grazzi ghall-Artemocion Dance and Leisure Studio. Bħal kull sena, residenti tad-Djar tal-Providenza kienu mistiedna. Waqt din is-serata saret ġabra li laħqet is-somma ta' 600euro li ġiet mgħoddiha lir-rappreżentanta tad-Djar tal-Providenza mis-Sur Pawlino Mifsud President tas-Soċjeta' flimkien ma' donazzjonijiet oħra ta' frott u ħaxix.

Din l-attivita' ġiet trasmessa fuq il-Live Streaming.

<< Erġa Lura