Società Filarmonica La Vittoria

GRAZZI

F’ismi u f’isem il-Kumitat Amministrattiv tas-Società Filarmonica La Vittoria nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali Mellieħa, l-Arċipriet u l-kleru, il-puluzija, l-għaqdiet mużikali, sportivi, soċjali u religjużi, flimkien mal-poplu kollu Mellieħi, l-emigranti u b’mod speċjali lid-Direttur Mużikali u l-assistent flimkien mad-diretturi tal-kor, lill-bandisti, koristi u membri tas-Soċjetà La Vittoria għall-armonija, għaqda u serjetà fl-organizazzjoni u s-suċċess tal-Festa ta’ Marija Bambina 2015.

Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-Mons. Charles J. Scicluna , Arċisqof ta’ Malta, li għoġbu jonora lill-kappillan tagħna bit-titlu ta’ Arċipriet u l-knisja minn Parroċċa għall-Arċipretali.

Marija Bambina, patruna tar-raħal tagħna berikna u ħarisna.

Pawlino Mifsud
President


<< Erġa Lura