Zjara lill-Gzejjer ta’ San Pawl
5-Jul-2009
Bhala parti mis-sena Pawlina, l-Ghaqda 8 ta’ Settembru, l-Ghaqda Muzikali Imperial u s-Societa’ Filarmonica La Vittoria organizzaw harga bid-dghajjef lejn il-Gzejjer ta’ San Pawl. Attendew ‘l fuq minn mitt ruh fejn mal-wasla, taht id-dell tal-istatwa ta’ San Pawl, is-Sur Paul Borg ta’ taghrif fuq dawn il-gzejjer u wara s-Sur Joseph Bartolo, President tal-Ghaqda Muzikali Imperial qara silta mir-rakkont li jinsab fl-Atti ta’ l-Appostli fuq il-migja ta’ San Pawl f’Malta filwaqt li s-Sur Pawlino Mifsud, President tas-Societa’ Filarmonica La Vittoria qara poezija relatata ma’ San Pawl bhala missier il-Maltin tas-Sur Anthony Fenech. Wara s-Sur Carmel Vella f’isem l-Ghaqda 8 ta’ Settembru irringrazzja b’mod generali lil dawk kollha li kkontribwew sabiex din l-attivita’ setghet tkun success.
<< Go Back
Malti
English

