Surmastrijiet
| Mro. Carmelo Doneo | 1906 – 1911 |
| Mro. Giuseppe Agius | 1911 – 1912 |
| Mro. Antonio Micallef | 1912 – 1922 |
| Mro. Enrico Xuereb | 1922 – 1924 |
| Mro. Nicola Montebello | 1924 – 1930 |
| Mro. Pacifico Scicluna | 1930 – 1932 |
| Mro. William Attard | 1932 – 1948 |
| Mro. Adeodato Gatt | 1948 – 1952 |
| Mro. William Attard | 1952 – 1957 |
| Mro. Vincenzo Ciappara | 1957 – 1970 |
| Mro. Salvino Vella | 1970 – 1982 |
| Mro. Henry Camilleri | 1982 – 1993 |
| Mro. Joseph Vella | 1993 - |
Mro. Carmelo Doneo 1906 - 1911 Mal-ħsieb tat-Twaqqif tal-Banda, il-fundaturi ħasbu biex jimpjegaw Surmast tal-Banda li jkun jista jgħallem il-mużika u l-prattika fuq l-istrumenti li waslu lejn l-aħħar tas-sena 1906. Lejliet il-festa tal-Vitorja ta’ l-1907 il-Banda La Vittroia daqqet uffiċċjalment taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Carmelo Doneo. |
|
Mro. Giuseppe Agius 1911 - 1912 Minħabba li saħħet is-Surmast Doneo ma tantx kienet tajba għal ftit żmien kien ġie minfloku s-Surmast li ma tantx dam bħala Sumast minħabba l-iskariġġ tiegħu lejn il-Mellieħa. |
|
Mro. Antonio Micallef 1912 - 1922 Għal darb’oħra l-Kumitat kellu jerġa jaħseb għal Surmast ieħor u din id-darba l-għażla waqghet fuq Antonio Micallef. L-ewwel impenn tiegħu kien bil-programm Mużikali li l-Banda tellgħat fl-inawgurazzjoni ta’ l-ilma fil-Mellieħa l-Ħadd 2 ta’ Ġunju 1912. Bejn l-1914 – 1918 matul l-Ewwel Gwerra s-sitwazzjoni tas-Soċjeta u l-Banda ma baqgħetx li kienet, għaliex ħafna ġew rekluti bħala suldati. Wara l-Armistizzju fl-1918, il-Banda u s-Soċjeta reġgħu bdew ġejjin il-quddiem. Dam jidderieġi l-Banda sa Lulju ta’ l-1922, minħabba li kellu jisefer. |
|
Mro. Enrico Xuereb 1922 - 1924 Dan is-Surmast kien ġie r-rikkomandat minn Mro. Micallef fi żmien kienet saret il-konsagrazzjoni tas-Soċjeta lill-Qalb ta’ Ġesu', li kienet saret mill-Qaddej t’Alla Mons.Dekan Dun Gużeppi Depiro. B’tifkira ta’ din l-attivita sar Programm Mużikali fil-preżenza ta’ l-Onor. Ministru tal-Ġustizzja Dr. F. Buhagiar. |
|
Mro. Nicola Montebello 1924 - 1930 Wara żmien qasir ta’ Mro. Xuereb, ġie mpjegat bħala Surmast Nicola Montebello fejn wara żmien ta’ suċċess mal-Baned Militari Ngliżi, irtira mis-servizz u ħa l-inkarigu ta’ diversi Baned Maltin. Mro. Montebello fostna kien maħbub u kellu anke mezzanin, għaliex kien dilettant ħafna tas-sajd. Fi żmienu l-Każin ġie trasferit minn dar 7 għal 43 fil-Pjazza tal-Parroċċa u ġiet imżanżna l-Uniformi tal-Bandisti. Mro. Montebello ikkompona diversi xogħolijiet Mużikali għall-Banda fosthom żewġ Innijiet “Lill Maria Bambina”. Fl-1930, il-mewt ħasditu minn fostna, u l-familja tiegħu għoġobha tirregala lill-Banda ix-xogħolijiet Mużikali kollha tiegħu. |
|
Mro. Pacifico Scicluna 1930 - 1932 Minħabba s-servizzi li l-Banda kienet marbuta li tagħmel f’dik is-sena, l-Kumitat ħaseb għalSurmast ieħor, fejn din id-darba l-għażla waqgħet fuq Mro. Scicluna mill-Birgu, Surmast ta’ kalibru. Hejja l-Banda biex fit-30 t’Awissu għamlet l-ewwel safra tagħha ġewwa Noto fi Sqallija għall-festa ta’ San Corrado, fejn il-Banda ġiet irregalata Standard Taljan. Il-Mużika li ndaqqet mill-Banda ġiet imfaħħra mill-ġurnali Sqallin kollha. Mro. Scicluna dam jidderieġi l-Banda sas-sena 1932. |
|
Mro. William Attard 1932 - 1948 Fis-sena 1932 l-Banda fakkret l-ewwel 25 sena tagħha u għal din l-okkażjoni l-għażla ta’ Surmast Direttur ma setgħetx tkun aħjar meta ġie magħżul Mro. Willie Attard kif kien magħruf, li kkompona l-Innu lill-Banda La Vittoria, filwaqt li l-Ispiżjar Mellieħi Carmelo Debono Vella kiteb il-kliem għall-Innu tal-Banda u dak tal-Ġublew tal-fidda. Fil-bidu tas-sena 1938 il-Każin reġgħa ġie trasferit mid-dar 43 għal dik 23 fil-Pjazza tal-Parroċċa fejn għadu sal-lum. Matul il-perjodu ta’ dan is-Surmast għamlet progress tajjeb ħafna u ħadet fama tajba kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. |
|
Mro. Adeodato Gatt 1948 - 1952 Mro. Attard minħabba raġunijiet personali kellu jirriżenja mill-kariga u floku ġie maħtur is-Surmast Gatt minn Haż-Żebbuġ. Fi żmienu l-Baned La Vittoria u San Filep kienu tellgħu Programm Mużikali massed band fil-ġonna ta’ San Anton, f’Haż-Żebbuġ u l-Mellieħa. Fid-29 ta’ Lulju 1949 l-Banda marret iddoqq Catania, fejn ġiet irregalata Bandalora mill-Muniċipju tal-Belt. Mro. Gatt dam jidderieġi l-Banda sa wara l-festa ta’ l-1952. |
|
Mro. William Attard 1952 – 1957 Fost il-ferh tal-Bandisti, reġa ħa l-Banda f’idejh is-Surmast Willie Attard. Wara ħames snin fostna fl-1957 kien beda jahseb għall-festi tal-Ġublew tad-Deheb fejn fuq il-versi tal-President Dr. Ġorġ Zammit kiteb il-mużika għall-Innu Marċ tal-50 Sena, iżda għall-għarrieda marad u temporanjament kien ġie mqabbad Mro. Vincenzo Ciappara sabiex jieħu ħsieb il-festi tal-Ġublew sakemm Mro. Attard jirkupra. Iżda dan il-waqt baqa ma wasalx, u fuq rakkomandazzjoni tiegħu stess ppropona lil Mro. Ciappara biex jieħu l-Banda f’idejh. |
|
Mro. Vincenzo Ciappara 1957 - 1970 Ir-Rabta tal-Banda ma’ Mro. Ciappara tmur lura sas-sena 1928, meta l-Bandist Joseph Attard kirn irregala l-marċ “Sotto i Palmizi”. Fi żmienu l-Banda ħadet sehem fil-festi ta’ l-Indipendenza, u fl-1969 ġewwa Pjazza Reġina l-Banda tellgħa Programm Mużikali li kien ġibed l-ammirazzjoni ta’ kulħadd. Mro. Ciappara żejjen l-Arkivju tal-Banda b’diversi marċi minn tiegħu, li kien magħruf għalihom. Dam imexxi l-Banda sal-Vitorja ta’ l-1970, għaliex kellu jirriżenja minħabba saħħtu. |
|
Mro. Salvino Vella 1970 - 1982 Sa mill-1968 is-Surmast Vella kien diġa nsibuh jgħallem l-Allievi, u fuq rakkomandazzjoni ta’ Mro. Ciappara, il-Kumitat flimkien mal-Bandisti ħatruh bħala Surmast Direttur. Fi żmienu l-Banda twieldet mill-ġdid bil-għajnuna ta’ l-istrumentatura l-ġdida minn għand id-ditta Boosey & Hawkes li waslet nhar is-6 ta’ Settembru 1971 u ż-żanżnet għall-funeral ta’ Dun Manwel Grima. Fl-1980 reġa beda jinżamm il-Marċ ta’ filgħodu li għadu jsir sal-lum, u fil-21 ta’ Settembru ta’ l-istess sena Mro. Vella fakkar il-25 Sena minn meta beda jidderieġi l-Banda. Sentejn wara l-Banda kienet ser tibda taħseb għall-festi tal-75 Sena billi kiteb il-mużika ta’ l-Innu Marċ filwaqt li l-kliem inkitbu mill-President Onorarju l-Avv. Ġorġ Zammit. Iżda wara 25 sena reġa ġara bħal ma kien ġara lil Mro. Willie Attard għaliex Mro. Vella wara marda qasira nhar it-2 ta’ Frar 1982 miet fil-kariga, u jumejn wara sarlu funeral kif kien xieraq fejn daqqew il-Baned La Vittoria u Imperial u akkompanjawh il-membri taż-żewġ Orkestri Maria Bambina u Santa Cecilia li tagħha kien ukoll Surmast, flimkien ma rappreżentanti ta diversi għaqdiet mużikali Maltin. |
|
Mro. Henry Camilleri 1982 – 1993 Erba’ t’ijiem wara l-funeral ta’ Mro. Salvino Vella , s-Surmast Henry Camilleri żamm l-ewwel kunċert tiegħu mal-Banda La Vittoria billi beda biex qabel sellem lis-Surmast Vella u ndaqq l-Innu Marċ tal-75 sena. Fi żmien erba’ xhur ħejja sett Marċi u Programm Mużikali għall-Banda u serata Mużikali għall-Orkestra Santa Cecilia. Fl-1988 il-Banda reġgħet bdiet tipparteċipa fil-Karnival ta’ Malta, ġew imwaqqfa s-Sotto Kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ. Fi żmien Mro. Camilleri l-Banda siefret darbtejn Sqallija fl-1988 f’Catania, Agrigento, Raffadali u Partanna u fl-1989 f’Palermo, u f’Settembru ħadet sehem fil-Ġublew tal-Fidda ta’ l-Indipendenza ta’ Malta. Fl-1990 taħt il-bakketta tiegħu il-Banda laqgħet lill-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II mal-wasla tiegħu fil-Mellieħa, u fl-1991 ġie mfakkar bi Programm Mużikali l-Ġublew tal-Fidda tal-Perit Carm Lino Spiteri bħala President tas-Soċjeta. Fil-bidu tas-sena 1993, għal raġunijiet personali Mro. Camilleri irriżenja minn Surmast tal-Banda, ġie maħtur Surmast Onorarju tal-Banda. |
|
Mro Joseph Vella 1993 - Waqt laqgħa li nżammet għall-Bandisti, b’votazzjoni sigrieta l-maġġoranza uriet li bħala Surmast għażlet lis-Surmast Joseph Vella. Mro. Vella ma kienx ġdid fostna għaliex kien għalliem ta’ l-Allievi kif ukoll Bandist regolari mal-Banda. Is-Surmast Vella ser jibqa marbut mal-bosta programmi mużikali li rnexxielu jgħamel bil-Banda La Vittoria, fejn ġew imfakkra Mro. Willie Attard, Mro. Carmel Muscat, il-250 sena mill-Konsagrazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, l-100 sena mit-tberik tal-Knisja Parrokkjali, l-100 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa, l-100 sena mill-mewt ta’ Giuseppe Verdi, 10 snin tiegĨu bhala Surmast Direttur, Mro. Vincenzo Ciappara, fil-Mellieħa International Band Festival, Mro. Nicola Montebello u Rev. Dun Mose’ Debono. Matul dawn l-14 il-sena l-Banda siefret Tlett darbiet, fl-1994 f’Citta del Mare f’Palermo fi Sqallija u fl-1995 u fl-1999 f’Sousse it-Tuneżija, meta f’ta l-aħħar ħadet sehem fil-Karnival. Saru diversi recordings ta’ settijiet ta’ Marċi fejn inħarġu 4 Compact Discs u waħda bl-Innu Lill-Verġni Bambina u Innijiet oħra Marjani. Ta’ kull sena jħejji l-Banda għall-Karnival ta’ Malta, fejn f’dawn l-aħħar 5 snin il-Banda rebħet l-ewwel premju u f’dawn l-aħħar 6 snin kull sena nżamm il-Kunċert Annwali taħt diversi personalitajiet distinti. Is-Surmast Vella ikkompona l-Innu Marċ għall-okkażjoni tal-festi tal-Mitt Sena fuq kliem ta’ l-Għalliem Eric Bonanno fejn indaqq ghall-ewwel darba waqt il-Programm Mużikali li ġie mtellgħa nhar il-5 ta’ Marzu 2006 fil-Lukanda SAS Radisson Golden Sands f’Għajn Tuffieħa bħala l-ftuħ tal-festi tal-100 Sena taħt il-Patroċinju ta’ l-Eċċ. Tiegħu il-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura. F’din l-okkażjoni wkoll kien inawgurat il-Logo xogħol ta’ l-Artist John Fenech. |
|
Malti
English










